[go: nahoru, domu]

Aqbeż għall-kontentut

Chiara Siracusa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.1) (robot Adding: uk:К'яра Сіракуса
m r2.7.2) (Bot Żieda: cs:Chiara
Linja 61: Linja 61:


[[az:Kyara Sirakusa]]
[[az:Kyara Sirakusa]]
[[cs:Chiara]]
[[da:Chiara Siracusa]]
[[da:Chiara Siracusa]]
[[de:Chiara Siracusa]]
[[de:Chiara Siracusa]]

Reviżjoni ta' 21:32, 6 Marzu 2013

Chiara Siracusa
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Chiara Siracusa
Twieled 25 ta' Settembru 1976 (1976-09-25) (48 sena)
Oriġini Valletta, Malta
Ġeneru Soul, ballad
Snin ta' attività 1998–preżent

Chiara Siracusa (Valletta, 25 ta' Settembru 1976) hija kantanta Maltija, magħrufa l-aktar għat-tliet parteċipazzjonijiet f'isem Malta fil-Festival tal-Eurovision, festival mużikali Ewropew, fl-1998, fl-2005 u fl-2009.

Karriera

Festival tal-Eurovision 1998

Fl-1998, Chiara rebħet il-Festival Kanzunetta Maltija għall-Ewropa, is-serata nazzjonali għas-selezzjoni tal-kanzunetta għall-Eurovision, permezz tal-kanzunetta "The One That I Love". F'Birmingham, ġewwa l-Ingilterra, Chiara irnexxielha taqta' figura tajba fejn spiċċat fit-tielet post. Malta, li tħaddan passjoni kbira lejn dan il-konkors, sofriet frustrazzjoni kbira meta fl-aħħar sett ta' voti mill-Maċedonja, il-Maċedoni ma taw l-ebda punt lil Chiara, fejn b'hekk spiċċat mhux biss wara Dana International tal-Iżrael, iżda wkoll wara Imaani tar-Renju Unit. Xorta waħda dan ir-riżultat kien biżżejjed biex jegwalja l-aqwa pożizzjoni ta' Malta mill-festival tal-1992. Lura Malta wara l-Eurovision hi ġiet milqugħa minn madwar 6,000 persuna fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta.

Aktar suċċess

Mill-1998 sal-2003, Chiara kienet immexxija minn M&E Management Group, taħt il-konsulent Massimo Ellul. Matul dan il-perjodu, Chiara drammatikament tbiddlet minn kantant mistħija għal waħda kunfidenti, u ħarġet tliet albums. Kantat għal diversi drabi barra minn Malta, u wara, taħt il-gwida tal-istudjo tar-rikordings Malti, Bridge Productions, bdiet tipprepara għal avventura oħra fil-Eurovision.

Festival tal-Eurovision 2005

Fl-2005, wara madwar seba' snin assenti minn dan il-konkors, Chiara reġgħet ħadet iċ-ċans biex terġa' tidħol u flimkien ma' 21 parteċipant ieħor ikkompetiet fil-final tad-19 ta' Frar bil-kanzunetta "Angel", kanzunetta oħra fuq stil ballad li kitbet hi stess. Għall-ewwel darba, ir-rappreżentat ta' Malta kien magħżul biss mill-vot pubbliku. Chiara rebħet bi 11,935 vot, 566 'il fuq mit-tieni klassifikata Olivia Lewis. B'hekk fi Kjiv, ġewwa l-Ukrajna, kienet fit-triq li tagħmel it-tieni dehra tagħha.

F'dan il-konkors, Chiara iltaqgħet ma' diversi kantanti oħra li xi darba oħra ħadu sehem f'dan il-konkors, fosthom Selma tal-Iżlanda li kienet spiċċat it-tieni fl-1999, u l-Griega Helena Paparizou, li fl-2001 kienet il-kantanta prinċipali tal-grupp Antique li kklassifika fit-tielet post.

Chiara ġiet it-tieni b'192 punt, wara l-istess Ġreċja. Hi kisbet aktar punti minn Ira Losco, li kienet ikklassifikat fit-tieni post, biex b'hekk "Angel" saret l-aqwa kanzunetta li qatt irrapreżentat lil Malta f'dan il-konkors.

Festival tal-Eurovision 2009

Wara l-festival Chiara ippublikat album ieħor. Chiara irritornat għall-Eurovision meta nhar is-7 ta' Frar 2009, intgħażlet biex tirrapreżenta lil Malta għat-tielet darba din id-darba ġewwa Moska, fir-Russja, permezz tal-kanzunetta "What If We", għall-edizzjoni tal-2009. Chiara kkwalifikat biex tipparteċipa fil-finali wara li spiċċat fis-sitt post tal-ewwel semifinali. Madanakollu, ir-riżultat ma rrepetiex ruħu fil-finali minħabba li Malta temmet l-avventura f'Moska bit-22 post b'total ta' 31 punt.[1]

Referenzi

  1. ^ Maltamedia.com, ed. (17-05-2009). "Eurovision final disappointment for superb Chiara" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Predeċessur
Debbie Scerri
Malta fil-Festival tal-Eurovision
1998

Suċċessur
Times Three

Predeċessur
Julie u Ludwig
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2005

Suċċessur
Fabrizio Faniello

Predeċessur
Morena
Malta fil-Festival tal-Eurovision
2009

Suċċessur
Thea Garrett