[go: nahoru, domu]

Aqbeż għall-kontentut

Elf Lejl u Lejl: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
No edit summary
Linja 16: Linja 16:


L-idea ta’ suspens tidher li kienet uwsa’ minn dik tal-litteratura moderna. Waqt li ħafna drabi l-istorja tieqaf meta l-eroj ikun ħa jitlef ħajtu jew f’periklu serju ieħor, f’xi partijiet tat-test komplet, Xerażad tieqaf mir-rakkont f’nofs diskussjoni ta’ xi prinċipju filosofiku astratt jew xi punt kompless tal-filosofija Islamika, u f’każ wieħed f’diskrizzjoni dettaljata ta’ l-[[anatomija]] umana skond [[Galen]]— u fil-każi kollha kella raġun meta ħasbet li l-kurżità tar-re fuq li jkun imiss se jagħtiha jum ieħor ħajja.
L-idea ta’ suspens tidher li kienet uwsa’ minn dik tal-litteratura moderna. Waqt li ħafna drabi l-istorja tieqaf meta l-eroj ikun ħa jitlef ħajtu jew f’periklu serju ieħor, f’xi partijiet tat-test komplet, Xerażad tieqaf mir-rakkont f’nofs diskussjoni ta’ xi prinċipju filosofiku astratt jew xi punt kompless tal-filosofija Islamika, u f’każ wieħed f’diskrizzjoni dettaljata ta’ l-[[anatomija]] umana skond [[Galen]]— u fil-każi kollha kella raġun meta ħasbet li l-kurżità tar-re fuq li jkun imiss se jagħtiha jum ieħor ħajja.

==Storja u edizzjonijiet==
===Influwenzi tal-bidu===

Il-ħrejjef nistgħu insibu t-traċċi tagħhom fit-tradizzjonijiet antiki tar-rakkonti ta’ l-[[Indja|Indjani]], il-[[Persja|Persjani]] u l-[[Għarab]].<ref name=Burton (1991)>Zipes, Jack David; [[Richard Francis Burton|Burton, Richard Francis]] (1991). ''The Arabian Nights: The Marvels and Wonders of the Thousand and One Nights '' pg 585. Signet Classic</ref> Ħafna stejjer mill-folklore ta’ l-Indja u l-Persja jimxu parallel mal-ħrejjef <ref name=Grimm/> kif ukoll xi stejjer Lhud.<ref>[http://www.jewishencyclopedia.com/view.jsp?artid=1684&letter=A Jewish sources]</ref>


[[Image: 1001lejl2.jpg |thumb|right|210px| ]]
[[Image: 1001lejl2.jpg |thumb|right|210px| ]]

Reviżjoni ta' 14:45, 23 Ottubru 2007

Is-sultana Xerażad tgħid l-istejjer lis-Sultan Xerijar

Elf Lejl u Lejl (bl-Għarbi: كتاب ألف ليلة وليلة Kitāb Alf Lajla wa-Lajla, bil-Persjan: هزار و یک شب Hazār-o Jak Šab) hija ġabra ta’ ħrejjef miġburin matul eluf ta’ snin minn ħafna awturi, tradutturi u studjużi. Dawn il-ħrejjef għandhom għeruq qodma ġejjin mill-Indja antika, il-Persja antika (l-iktar is-Sassanjan Hazār Afsān, litt. Elf Ħrafa), l-Eġittu antik, il-Mitoloġija tal-Mesopotamja u l-istejjer tradizzjonali Għarab tal-medju evu miż-żmienijiet tal-Kalifat. Għalkemm qatt ma nstab manuskritt oriġinali bosta versjonijiet ġejjin minn żmien il-bidu tal-ġabra bejn it-800 u d-900 AD.

Li hemm komuni fl-edizzjonijiet kollha ta’ L-iLjieli hi li jibdew bir-rakkont tas-sultan Xerijar u martu Xerażad u l-forma ta’ rakkont ġo rakkont matul il-ħrejjef stess. L-istejjer joħorġu mill-ħrafa oriġinali; xi wħud qegħdin ġo rakkont ta’ ħrejjef oħra, waqt li oħrajn jibdew u jintemmu waħidhom. Xi edizzjonijiet fihom xi ftit mijiet ta’ stejjer u oħrajn fihom 1001 jew iżjed.

Fost l-iżjed stejjer magħrufin fl-iLjieli hemm Aladin, Ali Baba u l-Erbgħin Ħalliel, u Is-Seba’ Vjaġġi ta’ Sinbad il-Baħri.


Sinopsi

Ir-rakkont ewlieni hu fuq is-sultan Persjan u l-għarusa tiegħu. Ir-re, Xerijar, meta nduna li l-mara tiegħu kienet qed tmur ma rġiel oħra, ordnha għall-mewt u sar konvint li l-ebda mara m’hi fidila għall-żewġa. Għalhekk beda jiżżewweġ xebba verġni kuljum u jibgħatha għall-mewt l-għada filgħodu. Fl-aħħar il-viżier ma setgħax isib tfajliet verġni iżjed. It-tifla tal-viżier, Xerażad, offriet li tkun hi l-għarusa li jmiss u missierha kontra qalbu kellu jaqbel. Fil-lejl tat-tieġ, Xerażad, bdiet tirrakkonta storja lir-re imma ma spiċċathiex. Għalhekk is-sultan kellu jżommha ħajja biex ikun jaf kif intemmet il-ħrafa. Il-lejl ta’ l-għada kif spiċċat l-istorja, bdiet oħra imma reġgħet ma temmithiex. U baqgħet sejra hekk għal elf lejl u wieħed.

Il-ħrejjef ivarjaw ħafna: hemm stejjer storiċi, stejjer ta’ l-imħabba, traġedji, kummidji, poeżija, burlesk u leġġendi reliġjużi Misilmin. Fost l-istejjer irrakkontati minn Xerażad l-iżjed famużi fit-traduzzjonijiet Ewropej huma "Il-Lampa ta’ Aladin", "Sinbad il-Baħri" u l-ħrafa ta’ "Ali Baba u l-Erbgħin Ħalliel". Numru kbir mill-istejjer jiddiskrivu ġnun, sħaħar u pajjiżi leġendarji spiss mħalltin ma’ nies li eżistew veru u ġeografija korretta; il-Kalif storiku Ħarun al-Raxid hu wieħed mill-eroj li jidhru sikwit, kif ukoll dak li suppost kien il-poeta tal-qorti tiegħu, Abu Nuwas, u l-viżier tiegħu, Ġagħfar al-Barmaki. Kultant karattru fi storja ta’ Xerażad jibda jirrakkonta ħrafa lill-karattri oħra hu stess, u dik l-istorja jista’ jkollha oħra fiha. Hekk dan il-metodu ta’ saf fuq saf jagħti struttura narrattiva għanja.

Versjonijiet differenti ivarjaw fid-dettalji tat-tmiem (f’xi wħud Xerażad titlob maħfra, f’xi wħud is-sultan jara t-tfal u jiddeċiedi li ma jibgħatx il-mara għall-mewt, u f’oħrajn jiġru xi affarijiet oħra li r-re jinsa) imma kollha jispiċċaw billi r-re jaħfer lill-mara u jħalliha tgħix.

L-idea ta’ suspens tidher li kienet uwsa’ minn dik tal-litteratura moderna. Waqt li ħafna drabi l-istorja tieqaf meta l-eroj ikun ħa jitlef ħajtu jew f’periklu serju ieħor, f’xi partijiet tat-test komplet, Xerażad tieqaf mir-rakkont f’nofs diskussjoni ta’ xi prinċipju filosofiku astratt jew xi punt kompless tal-filosofija Islamika, u f’każ wieħed f’diskrizzjoni dettaljata ta’ l-anatomija umana skond Galen— u fil-każi kollha kella raġun meta ħasbet li l-kurżità tar-re fuq li jkun imiss se jagħtiha jum ieħor ħajja.

Storja u edizzjonijiet

Influwenzi tal-bidu

Il-ħrejjef nistgħu insibu t-traċċi tagħhom fit-tradizzjonijiet antiki tar-rakkonti ta’ l-Indjani, il-Persjani u l-Għarab.[1] Ħafna stejjer mill-folklore ta’ l-Indja u l-Persja jimxu parallel mal-ħrejjef [2] kif ukoll xi stejjer Lhud.[3]

Xogħol Miexi ---- Xogħol Miexi ---- Xogħol Miexi ---- Xogħol Miexi ---- Xogħol Miexi

  1. ^ Zipes, Jack David; Burton, Richard Francis (1991). The Arabian Nights: The Marvels and Wonders of the Thousand and One Nights pg 585. Signet Classic
  2. ^ Żball fl-użu tar-referenzi: Użu invalidu ta' <ref>; l-ebda test ma ġie provdut għar-referenza bl-isem Grimm.
  3. ^ Jewish sources