[go: nahoru, domu]

Aqbeż għall-kontentut

Liebru Ewropew: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.3) (Bot Żieda: an, ba, bat-smg, bg, br, ca, cs, csb, cv, en, eo, eu, fa, fr, frr, ga, hu, it, ka, kk, mhr, mrj, ms, nn, no, sc, scn, sk, sl, stq, uk, vi, wa, zh Bidla: da, es, lt, nl, pt; kosmetiċi bidliet
m r2.7.2) (Bot Żieda: hr:Europski zec
Linja 119: Linja 119:
[[frr:Fialhaas]]
[[frr:Fialhaas]]
[[ga:Giorria gallda]]
[[ga:Giorria gallda]]
[[hr:Europski zec]]
[[hu:Mezei nyúl]]
[[hu:Mezei nyúl]]
[[it:Lepus europaeus]]
[[it:Lepus europaeus]]

Reviżjoni ta' 00:21, 6 Jannar 2013

Liebru Ewropew jew Liebru kannella ta' l-Ewropa
Liebru Ewropew jew Liebru kannella ta' l-Ewropa Lepus europaeus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. europaeus
Isem binominali
Lepus europaeus
(Pallas, 1778)
Sottospeċi
Stampa:Marki ta' lokomozjoni tal-Liepru Ewropew.gif
Marki tal-lokomozzjoni tal-Liebru Ewropew Lepus europaeus a-Jimxi, b-Jaqbeż, c-Jiġri.

Il-Liebru Ewropew jissejjaħ b' ħafna ismijiet komuni fosthom, Liebru kannella ta' l-Ewropa, Liebru komuni u Fenek ħmar tal-Lvant. Xjentifikament magħruf bħala Lepus europaeus u huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinenti ta' l-Ewropa u l-Asja.

Liebru Ewropew Lepus europaeus jiġri.

Il-Liebru Ewropew huwa mammiferu ta' ħeffa kbira u kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa. Dan jikber bejn 50 u 70 ċentimetru eskluż id-denb li ġeneralment ikun bejn 7 u 11-il ċentimetru ieħor u l-piż ta' liebru adult jista jvarja minn sottospeċi għal oħra bejn 2.5 u 6.5 kilogrammi.

Għalkemm normalment il-Liebru Ewropew Lepus europaeus huwa mammiferu ta' natura mistħijja u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, dan jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-Rebbiegħa fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġieba hija xejn aktar ħlief kompetizjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' freneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irrisulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru jew li għadhom m'humiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni ta' l-irġiel.

Ras ta' skeletru ta' Lepus europaeus jiġri.

Il-Liebru Ewropew, ma jgħix bħal biċċa l-kbira tal-fniek f' bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmulha minn ħofra baxxa magħrufa bħala "il-forma" jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din m'hijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezjoni fisika billi jitwieldu miksijjin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom.

Distribuzzjoni

Dan il-liebru mifrux mit-Tramuntana, għall-Punent, sa ċ-Centru ta' l-Ewropa u fil-Punent ta' l-Asja għalkemm illum il-ġurnata id-distribuzzjoni ta' dan il-liebru kibret billi ġie ntrodott mill-bniedem fil-Lvant tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq fejn jissejjaħ Fenek ħmar tal-Lvant, fil-Lbiċċ lejn in-Nofs in-nhar tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel, fil-Lvant tal-kontinent ta' l-Awstralja u f' New Zealand.

Klassifikazzjoni

Dan il-liebru huwa 1 minn 10 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 16-il sottospeċi.

Gallarija

Referenzi

Ħoloq jew Linkijiet Esterni