[go: nahoru, domu]

Aqbeż għall-kontentut

Facebook

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn Xqbot (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 21:27, 17 Frar 2013. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.
Facebook, Inc.
Tip Privata
Fundazzjoni Cambridge, Massachusetts, Stati Uniti
Fundatur Steve Chen
Chad Hurley
Jawed Karim
Kwartieri ġenerali Palo Alto, Kalifornja
Dublin, Irlanda (kwartieri ġenerali għall-Ewropa, l-Afrika u l-Lvant Nofsani)
Seoul, Korea t'Isfel (kwartieri ġenerali għall-Asja)
Nies importanti Mark Zuckerberg, Fundatur u CEO
Dustin Moskovitz, Ko-fundatur
Sheryl Sandberg, COO
Matt Cohler, VP tal-Ġestjoni tal-Prodott
Chris Hughes, Ko-fundatur
Introjtu 300 miljun USD (stima tal-2008)[1]
Impjegati 900+[2]
Sit elettroniku www.facebook.com
Pożizzjoni fuq Alexa 2[3]
Tip ta' sit Netwerk soċjali
Reġistrazzjoni Bżonnjuża
Lingwi disponibbli 14-il lingwa
Stat attwali Attiva

Facebook hija websajt ta' netwerk soċjali, proprjetà ta' Facebook, Inc. L-utenti jistgħu jżidu l-ħbieb u jibgħatu l-messaġġi, waqt li jaġġornaw il-profili personali tagħhom biex jgħarrfu lil ħbiebhom dwarhom. Aktar minn hekk, l-utenti jistgħu jissieħbu ma' netwerks subordinarji oħra organizzati skont il-belt, il-post tax-xogħol, l-iskola, u r-reġjun.

Mark Zuckerberg beda l-Facebook flimkien ma' sħabu tal-kulleġġ u sħabu l-istudenti tal-kors tax-xjenza tal-kompjuter, Eduardo Saverin, Dustin Moskovitz u Chris Hughes waqt li kien qiegħed jattendi l-Università ta' Harvard. Is-sħubija f'dan is-sit għall-bidu kien limitat għall-istudenti ta' Harvard biss, imma aktar tard ġie estiż għaż-żona ta' Boston, l-Ivy League, u l-Università Stanford. Dan is-servizz kompla jestenda u beda jinkorpora lil kwalunkwe student universitarju, aktar tard studenti tal-iskejjel sekondarji, u finalment, kull persona minn tlettax-il sena 'il fuq. Attwalment, il-websajt għandha iktar minn 350 miljun utent attiv minn madwar id-dinja.

Storja

Il-Facebook ġie fundat fl-4 ta' Frar 2004 minn Mark Zuckerberg, fi żmien meta kien għadu student ta' dsatax-il sena fl-Università ta' Harvard, bl-għajnuna ta' Andrew McCollum u Eduardo Saverin. Fi tmiem l-istess xahar, iktar minn nofs il-popolazzjoni universitarja ta' Harvard kienu reġistrati ma' dan is-servizz. Dak iż-żmien, Zuckerberg kien ġie megħjun minn Dustin Moskovitz u Chris Hughes għall-promozzjoni tas-sit u l-Facebook kiber għall-Università ta' Stanford, għall-Università ta' Kolumbja u għall-Università ta' Yale. Dan il-kobor kompla f'April tal-2004 meta ġie estiż għall-kumplament tal-Ivy League, għall-MIT, għall-Università ta' Boston u għall-Kulleġġ ta' Boston. Fi tmiem is-sena skolastika, Zuckerberg u Moskovitz ittrasferixxew lejn Palo Alto f'Kalifornja ma' McCollum. Hemmhekk huma krew dar qrib l-Università ta' Stanford fejn magħhom ingħaqdu wkoll Adam D'Angelo u Sean Parker.

Id-dominju attwali, facebook.com, ġie reġistrat bejn April u Awwissu tal-2005 għal somma ta' $200,000,[4] u diversi universitajiet oħra ġew miżjuda fis-sena ta' wara. Maż-żmien, persuni li kellhom l-indirizz tal-posta elettronika tagħhom b'dominju universitarju (per eżempju .edu, .ac.uk u oħrajn) minn istituzzjonijiet minn madwar id-dinja kisbu r-rekwiżiti sabiex jipparteċipaw. B'hekk, nhar is-27 ta' Frar 2006 Facebook estenda ruħu għall-iskejjel sekondarji u azjendi kbar.

Mis-26 ta' Settembru 2006, Facebook fetaħ għal dawk kollha li għandhom tlettax-il sena jew iktar u li għandhom indirizz elettroniku validu. F'Ottubru tal-2008, Facebook ħabbar li kien se jagħmel il-kwartieri ġenerali internazzjonali tiegħu ġewwa Dublin, fl-Irlanda.

Minn Settembru tal-2006 sa Settembru tal-2007, il-pożizzjoni fil-klassifiki tat-traffiku tal-websajts skont kif maħruġ minn Alexa, dan is-sit għamel qabża kbira mis-sittin post għas-seba' post. Minn Lulju tal-2007, daħal fil-klassifika tal-għaxar siti l-aktar viżitati fid-dinja.

Ġewwa Malta, skont rapport maħruġ minn Google Labs, in-numru ta' Maltin fuq dan is-sit matul l-2007 immultiplika ħafna drabi.[5] Matul l-2008 kien hemm splużjoni kbira ta' utenti fuq dan is-sit, fejn dan in-numru kiber biex sa Jannar 2010 hemm madwar 131,000 utent Malti. Barra minn hekk, il-Facebook f'Malta kellu fost l-ogħla rata ta' penetrazzjoni minn madwar id-dinja.[6] Skont Alexa, f'Malta, dan is-sit huwa t-tieni wieħed l-iktar viżitat, wara l-Google.[7]

Websajt

Il-paġna prinċipali tal-Facebook turi formola biex utent li għandu diġà kont jagħmel il-login fuq in-naħa ta' fuq, u formola ta' reġistrazzjoni taħtha għal utenti ġodda.

L-utenti jistgħu joħolqu l-profili tagħhom b'ritratti, elenki ta' l-interessi tagħhom, u dettalji oħra personali. Komunikazzjoni bejn il-ħbieb u utenti oħra tista' ssir permezz ta' messaġġi kemmm dawk privati kif ukoll dawk pubbliċi, jew permezz tal-użu taċ-chat. L-utenti jistgħu joħolqu u jingħaqdu fi gruppi ta' interess partikulari jew ta' sosten, fejn xi ftit minnhom huma miżmuma minn organizzazzjonijiet għal skopijiet ta' reklamar. Biex tikkumbatti l-"ġlieda" fuq il-privatezza, il-Facebook tħalli lil kull min għandu profil li jagħżel min jista' jara l-profil tiegħu u liema parti jista' jara.

Dan is-sit huwa miftuħ għal kulħadd, huwa b'xejn għall-utenti u l-introjtu huwa ġenerat mir-reklamar.

Referenzi

  1. ^ Forbes (ed.). "By The Numbers: Billionaire Bachelors" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  2. ^ "Press Info", Facebook.
  3. ^ Alexa Internet, Inc (ed.). "facebook.com - Traffic Details from Alexa" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ Chris Williams (01-10-2007). "Facebook wins Manx battle for face-book.com" (bl-Ingliż). The Register. Parametru mhux magħruf |publisher= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ Vella, Matthew (02-01-2008). "Facebook – what made 2007 the year of viral networking" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ Facebook Statistics Malta, facebakers.com
  7. ^ Alexa - Top Sites in Malta

Ħoloq esterni