Foresti Tropikali ta' Gondwana
Il-Foresti Tropikali ta' Gondwana tal-Awstralja, magħrufa preċedentement bħala r-Riżervi tal-Foresti Tropikali Ċentrali u tal-Lvant, huma l-iżjed żona estensiva ta' foresti subtropikali fid-dinja.[1] Kollettivament, il-foresti tropikali huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO b'ħamsin riżerva separata li jammontaw għal total ta' 366,500 ettaru ta' foresti tropikali minn Newcastle sa Brisbane.[2]
Sfond
Il-Foresti Tropikali ta' Gondwana huma msejħa hekk minħabba li l-fossili li nstabu fihom jindikaw li meta kienet teżisti Gondwana, din kienet miksija b'foresti tropikali li kien fihom l-istess tipi ta' speċijiet eżistenti llum il-ġurnata. Mhux il-foresti tropikali kollha ta' Gondwana fl-Awstralja jinsabu fir-reġjun ta' New South Wales – Queensland; l-ikbar foresta tropikali ta' Gondwana fl-Awstralja tinsab fiż-żona naturali selvaġġa ta' Tarkine f'Tasmania. L-għadd ta' viżitaturi fir-riżervi tal-foresti tropikali ta' Gondwana f'New South Wales u f'Queensland jammonta għal madwar żewġ miljun viżitatur fis-sena.
Konservazzjoni
Il-foresti tropikali tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1986, u kienu jkopru biss is-siti ta' New South Wales b'madwar 310,800 ettaru. Is-sit ġie estiż fl-1994 biex jiġu koperti wkoll is-siti ta' Queensland b'madwar 59,200 ettaru oħra, b'total ta' 370,000 ettaru. Ir-riżervi tal-foresti tropikali għandhom valur estremament għoli ta' konservazzjoni, b'iżjed minn 200 speċi ta' pjanti u ta' annimali rari jew mhedda.
Tmien żoni separati ġew identifikati bħala siti ta' importanza straordinarja bħala wirt naturali għall-Awstralja u huma inklużi fil-Lista tal-Wirt Nazzjonali tal-Awstralja. L-altitudni tar-riżervi tvarja mil-livell tal-baħar sa kważi 1,600 metru.[3]
Fit-22 ta' Diċembru 2000, il-Valur Għoli ta' Konservazzjoni tal-foresti primordjali kien mifrux f'24 park nazzjonali u fi 19-il riżerva naturali fi ħdan 12-il żona governattiva lokali fir-reġjun tal-Grigal ta' fuq ta' New South Wales li ġew elenkati fir-Reġistru tal-Wirt Statali ta' New South Wales.[4]
Parks Nazzjonali
Iż-żoni ta' Queensland jinkludu l-Park Nazzjonali ta' Main Range, fl-iżjed punt fit-Tramuntana; u fin-Nofsinhar, il-Parks Nazzjonali ta' Lamington, Mount Chinghee, Springbrook u Mount Barney.
Iż-żoni ta' New South Wales jinkludu l-Park Nazzjonali ta' Barrington Tops, fl-iżjed punt fin-Nofsinhar; u fit-Tramuntana, il-Parks Nazzjonali ta' Dorrigo, Mount Warning, New England, Mebbin, Nightcap, Border Ranges, Oxley Wild Rivers, Washpool, Willi Willi u Werrikimbe.[5]
L-iżjed partijiet li jżuruhom nies huma l-Park Nazzjonali ta' Dorrigo u s-sezzjoni tal-Pont Naturali tal-Park Nazzjonali ta' Springbrook.
Qerda
Ir-reġjun storikament kien fil-mira tal-qtugħ tas-siġar fuq skala kbira, tant li saħansitra 1 % biss tal-foresti primordjali oriġinali tal-foresti tropikali ta' Gondwana għadhom jeżistu fl-Awstralja. Il-biċċa l-kbira tar-reġjuni fejn kien isir il-qtugħ tas-siġar issa ġew okkupati minn foresti tas-siġar tal-ewkaliptu.[6]
Matul l-istaġun tan-nirien fl-Awstralja fl-2019-2020, bosta reġjuni tal-foresti tropikali ta' Gondwana ġew devastati min-nirien għall-ewwel darba. Xi rapporti preliminari jindikaw li saħansitra 53 % tal-foresti jaf kienu nħarqu sa Jannar 2020. Fost il-ħabitats devastati kien hemm diversi postijiet li huma sinifikanti għal speċijiet f'periklu kritiku, bħas-siġar tal-ballut Eidothea hardeniana u ż-żrinġ ġgantesk tal-istrixxi (Mixophyes iteratus). Il-preżenza ta' dawn in-nirien qerrieda f'żoni li qatt ma kienu nħarqu qabel ġiet marbuta mal-preżenza tas-siġar tal-ewkaliptu fjammabbli fiż-żoni tal-foresti li kienu nqatgħu preċedentement.[7]
Sit ta' Wirt Dinji
L-istatus ta' Sit ta' Wirt Dinji tar-reġjun inħoloq u ġie negozjat inizjalment fl-1986, b'estensjoni tas-sit fl-1994, wara nominazzjoni li tħejjiet fl-1992 mis-Soċjetà tal-Konservazzjoni tal-Foresti Tropikali.[8] Is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO jinkludi sensiela ta' foresti tropikali fix-Xlokk ta' Queensland u fil-Grigal ta' New South Wales. Jirrappreżenta eżempji straordinarji ta' stadji maġġuri tal-istorja evoluzzjonarja tad-Dinja, proċessi ġeoloġiċi u bijoloġiċi li għadhom għaddejjin, u bijodiversità eċċezzjonali. Firxa wiesgħa ta' pjanti u ta' annimali għandhom oriġini antika f'Gondwana, u bosta minnhom huma ristretti l-iktar jew għalkollox għall-Foresti Tropikali ta' Gondwana. Il-Foresti Tropikali ta' Gondwana jipprovdu wkoll il-ħabitat prinċipali għal bosta speċijiet mhedda ta' pjanti u ta' annimali.[5]
Is-sit tniżżel uffiċjalment fil-Lista tal-Wirt Nazzjonali tal-Awstralja fil-21 ta' Mejju 2007 permezz tal-Att Emendatorju tal-Leġiżlazzjoni dwar l-Ambjent u l-Wirt (Nru 1), 2003 (Cth)[9][10]; u l-parti ta' New South Wales żdiedet mar-Reġistru tal-Wirt Statali ta' New South Wales fit-2 ta' April 1999.[11]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterji (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti"; il-kriterji (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterji (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[5]
Komponenti
Il-Foresti Tropikali ta' Gondwana tal-Awstralja huma maqsuma f'sezzjonijiet fil-Lista tal-Wirt Nazzjonali tal-Awstralja, mit-Tramuntana għan-Nofsinhar, bħal kif ġej:
Sezzjoni | Isem il-park jew ir-riżerva | Stat | Ritratt | Erja | Koordinati | Sorsi | |
---|---|---|---|---|---|---|---|
km2 | mil kwadru | ||||||
Grupp ta' Main Range;
ħdejn Killarney |
Riżerva tal-Flora ta' Acacia Plateau | NSW | |||||
Foresta Statali ta' Emu Vale (parti) | Qld | ||||||
Foresta Statali ta' Gambubal (parti) | Qld | ||||||
Foresta Statali ta' Gilbert (parti) | Qld | ||||||
Foresta Statali ta' Goomburra (parti) | Qld | ||||||
Park Nazzjonali ta' Main Range | Qld |
|
71 | 27°48′57″S 152°15′56″E / 27.81583°S 152.26556°E | [12] | ||
Park ta' Konservazzjoni ta' Spicers Gap Road | Qld | 28°04′35″S 152°23′26″E / 28.07639°S 152.39056°E | |||||
Foresta Statali ta' Spicers Gap (parti) | Qld | ||||||
Foresta Statali ta' Teviot (parti) | Qld | ||||||
Riżerva tal-Flora ta' Wilsons Peak | NSW | 28°15′19″S 152°29′21″E / 28.25528°S 152.48917°E | [13] | ||||
Grupp ta' Focal Peak;
fil-fruntiera ta' NSW—Qld |
Foresta Statali ta' Burnett Creek (parti) | ||||||
Riżerva tal-Flora ta' Captains Creek (parti) | |||||||
Park Nazzjonali ta' Mallanganee | NSW | style="text-align:right;"|11 | 4.2 | 4.2 | 25°55′09″S 152°45′13″E / 25.91917°S 152.75361°E | [14] | |
Park Nazzjonali ta' Mount Clunie (parti) | NSW | style="text-align:right;"|14 | 5.4 | 5.4 | 28°19′27″S 152°31′12″E / 28.32417°S 152.52°E | [15] | |
Park Nazzjonali ta' Mount Nothofagus (parti) | NSW | style="text-align:right;"|22 | 8.5 | 8.5 | 28°19′02″S 152°38′01″E / 28.31722°S 152.63361°E | [16] | |
Park Nazzjonali ta' Tooloom (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|44 | 17 | 17 | 28°26′47″S 152°27′13″E / 28.44639°S 152.45361°E | [17] | |
Park Nazzjonali ta' Toonumbar (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|149 | 58 | 58 | 28°29′16″S 152°43′33″E / 28.48778°S 152.72583°E | [18] | |
Grupp ta' Shield Volcano;
fil-fruntiera ta' NSW—Qld border fuq il-ktajjen muntanjużi ta' McPherson u Tweed |
Riżerva tal-Flora ta' Amaroo | ||||||
Park Nazzjonali ta' Border Ranges (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|317 | 122 | 122 | 28°21′35″S 152°59′10″E / 28.35972°S 152.98611°E | [19] | |
Park Nazzjonali ta' Lamington | Qld | | style="text-align:right;"|206 | 80 | 80 | 28°8′32″S 153°6′55″E / 28.14222°S 153.11528°E | [20] | |
Riżerva Naturali ta' Limpinwood | NSW | style="text-align:right;"|26.5 | 10.2 | 10.2 | 28°17′56″S 153°10′26″E / 28.29889°S 153.17389°E | [21] | |
Park Nazzjonali ta' Mebbin (parti) | [22] | ||||||
Park Nazzjonali ta' Mount Chinghee | [23] | ||||||
Park Nazzjonali ta' Nightcap (parti) | [24] | ||||||
Riżerva Naturali ta' Numinbah | NSW | | style="text-align:right;"|8.6 | 3.3 | 3.3 | 28°15′S 153°16′E / 28.25°S 153.26667°E | [25] | |
Park Nazzjonali ta' Springbrook (parti) | Qld | | style="text-align:right;"|62 | 24 | 24 | 28°08′24″S 153°16′27″E / 28.14°S 153.27417°E | [26] | |
diversi Riżervi ta' Rabbit Board
tul il-limiti ta' Rabbit Board |
|||||||
Park Nazzjonali ta' Wollumbin | NSW | | style="text-align:right;"|24 | 9.3 | 9.3 | 28°23′23″S 153°16′7″E / 28.38972°S 153.26861°E | [27] | |
Grupp Kostali;
tul il-kosta ta' Iluka |
Riżerva Naturali ta' Iluka | NSW | | style="text-align:right;"|1.35 | 0.52 | 0.52 | 29°24′14″S 153°21′44″E / 29.40389°S 153.36222°E | [28] |
Grupp ta' Washpool u Gibraltar Range;
żoni biswit xulxin bejn Glen Innes u Grafton |
Park Nazzjonali ta' Gibraltar Range | NSW | |||||
Park Nazzjonali ta' Washpool | NSW | ||||||
Grupp ta' New England;
ħdejn Dorrigo |
Park Nazzjonali ta' Cunnawarra (parti) | NSW | |||||
Park Nazzjonali ta' Dorrigo (parti) | NSW | ||||||
Riżerva Naturali ta' Mount Hyland (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|25 | 9.7 | 9.7 | 30°9′36″S 152°26′42″E / 30.16°S 152.445°E | [29] | |
Park Nazzjonali ta' New England (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|673 | 260 | 260 | 30°35′34″S 152°27′30″E / 30.59278°S 152.45833°E | [30] | |
Grupp ta' Hastings-Macleay;
fix-Xlokk ta' Armidale |
Riżerva tal-Flora ta' Fenwicks Scrub | NSW | | style="text-align:right;"|1.1 | 0.42 | 0.42 | 31°17′S 152°8.8′E / 31.28333°S 152.14667°E | [13] |
Riżerva Naturali ta' Mount Seaview | NSW | [31] | |||||
Park Nazzjonali ta' Oxley Wild Rivers (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|1,452 | 561 | 561 | 30°59′47″S 152°00′36″E / 30.99639°S 152.01°E | [32] | |
Riżerva tal-Flora ta' The Castles | NSW | 30°59′55″S 152°20′5″E / 30.99861°S 152.33472°E | [33] | ||||
Park Nazzjonali ta' Werrikimbe (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|333 | 129 | 129 | 31°12′S 152°14′E / 31.2°S 152.23333°E | [34] | |
Park Nazzjonali ta' Willi Willi (parti) | NSW | style="text-align:right;"|299 | 115 | 115 | 31°10′43″S 152°29′27″E / 31.17861°S 152.49083°E | [35] | |
Grupp ta' Barrington Tops;
fit-Tramuntana ta' Dungog |
Park Nazzjonali ta' Barrington Tops (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|765 | 295 | 295 | 32°3′10″S 151°29′37″E / 32.05278°S 151.49361°E | [36] |
Park Nazzjonali ta' Mount Royal (parti) | NSW | | style="text-align:right;"|69 | 27 | 27 | 32°12′1″S 151°19′25″E / 32.20028°S 151.32361°E | [37] |
Referenzi
- ^ "Gondwana Rainforests of Australia - World Heritage". web.archive.org. 2008-07-26. Miġbur 2022-05-02.
- ^ Reid, Greg (2004). Australia's National and Marine Parks: Queensland. South Yarra, Victoria: Macmillan Education Australia. p. 11. ISBN 0-7329-9053-X.
- ^ "Central Eastern Rainforest Reserves, Australia - Encyclopedia of Earth". web.archive.org. 2009-10-16. Miġbur 2022-05-02.
- ^ "High Conservation Value Old Growth forest | Heritage NSW". apps.environment.nsw.gov.au. Miġbur 2022-05-02.
- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Gondwana Rainforests of Australia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Gondwana-era rainforest stand of nightcap oak devastated by unprecedented bushfire - ABC News (Australian Broadcasting Corporation)". web.archive.org. 2020-01-18. Miġbur 2022-05-02.
- ^ "'It's heart-wrenching': 80% of Blue Mountains and 50% of Gondwana rainforests burn in bushfires | Environment | The Guardian". web.archive.org. 2020-01-18. Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Trove". trove.nla.gov.au. Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Australian Heritage Database". web.archive.org. 2014-05-10. Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Determination regarding including World Heritage places in the National Heritage List" (PDF).
- ^ "Gondwana Rainforests of Australia | Heritage NSW". apps.environment.nsw.gov.au. Miġbur 2022-05-02.
- ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2006-06-07). "Main Range National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ a b "World Heritage and Associative Natural Values of the Central Eastern Rainforest Reserves of Australia. p. 66" (PDF).
- ^ "Mallanganee National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Mount Clunie National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Mount Nothofagus National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Tooloom National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Toonumbar National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Border Ranges National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2009-10-19). "Lamington National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Limpinwood Nature Reserve". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Mebbin National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and. "Mount Chinghee National Park — facts and maps". wetlandinfo.des.qld.gov.au (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Nightcap National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Numinbah Nature Reserve". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ Science, jurisdiction=Queensland; sector=government; corporateName=Department of Environment and (2006-06-26). "Springbrook National Park". Parks and forests | Department of Environment and Science, Queensland (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Wollumbin National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Iluka Nature Reserve". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Mount Hyland Nature Reserve". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "New England National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Mount Seaview Nature Reserve". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Oxley Wild Rivers National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "The Castles Nature Reserve". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Werrikimbe National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Willi Willi National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Barrington Tops National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.
- ^ "Mount Royal National Park". NSW National Parks (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-02.