[go: nahoru, domu]

Aqbeż għall-kontentut

Glen Johnson

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Din hija reviżjoni antika ta' din il-paġna, hekk kif ġiet modifikata minn JackieBot (diskussjoni | kontribuzzjonijiet) nhar 20:30, 8 Frar 2013. Din tista' tvarja mir-reviżjoni attwali.

Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Glen McLeod Cooper Johnson (Dartford, 23 ta' Awwissu 1984) hu plejer tal-futbol Ingliż li jilgħab fil-Premier League Ingliż flimkien ma' Liverpool, u deher ukoll f'isem it-tim nazzjonali Ingliż. Il-pożizzjoni prinċipali tiegħu hi dik fuq il-faxxa leminija, u hu kapaċi jilgħab ukoll bħala difensur xellugi jew fuq il-lemin ta' nofs il-grawnd.

Karriera

West Ham

Johnson kien prodott tas-sistema ġovanili ta' West Ham United, u l-ewwel kuntratt professjonali wasal nhar l-1 ta' Awwissu 2001 fl-età ta' 16-il sena, kuntratt ta' tliet snin fejn ingħata l-flokk numru 23.[1] Biċ-ċansijiet mal-ewwel tim ikunu limitati, eventwalment hu ngħaqad mar-rivali lokali Millwall taħt self għal erba' ġimgħat, fejn iddebutta fiċ-Championship f'telfa barra minn darhom kontra Norwich City tad-19 ta' Ottubru. Il-perjodu ta' self ġie estiż darbtejn f'xahar, qabel ma ġie msejjaħ lura lejn Upton Park. Id-debutt mat-tim tal-kapitali Ingliża wasal fit-22 ta' Jannar 2003, fit-telfa kontra Charlton Athletic, fejn daħal bħala sostitut għall-midfilder Édouard Cissé.[2] Hu għamel total ta' ħmistax-il dehra fil-Premiership — u dehra oħra fl-FA Cup — matul l-istaġun 2002–03, fejn kien sar pedina importanti fit-tim ta' West Ham. Nhar it-18 ta' Marzu 2003 iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin.[1] Madanakollu, l-aħħar dehra bil-flokk tal-Hammers wasal fl-aħħar ġurnata tal-kampjonat, fil-11 ta' Mejju 2003, fil-pari barra minn darhom kontra Birmingham — partita li kellhom bżonn jirbħu biex b'hekk rathom jiġu relegati għall-Ewwel Diviżjoni.[3]

Chelsea

Xahrejn biss wara, hu ngħaqad mar-rivali tal-kapitali Chelsea, fejn iffirma nhar il-15 ta' Lulju għal somma ta' madwar £6 miljun.[4] Id-debutt tiegħu wasal fit-13 ta' Awwissu fir-rebħa kontra Žilina fiċ-Champions League 2003–04, u l-ewwel gowl tiegħu wasal fil-partita ta' ritorn, ġimgħatejn wara. Fil-kampjonat iddebutta f'Anfield kontra Liverpool, fis-17 ta' Awwissu, imma kellu jistenna sad-9 ta' Novembru biex isib l-ewwel gowl tiegħu mal-Blues fejn fetaħ l-iskor fir-rebħa kbira ta' 5–0 fuq Newcastle United.

Bil-preżenza ta' Paulo Ferreira u l-plejer versatili Geremi, matul l-istaġun 2005–06 Johnson lagħab biss ftit partiti. B'riżultat t'hekk, f'Ġunju tal-2006 Johnson ingħaqad ma' Portsmouth għal perjodu ta' self sal-aħħar tal-istaġun, u fir-ritorn tiegħu ma' Chelsea beda l-finali tal-Community Shield 2007 u l-ewwel partita tal-istaġun kontra Birmingham City.

Portsmouth

Nhar il-31 ta' Awwissu 2007, fl-aħħar ġurnata tas-suq tat-trasferimenti, Johnson iffirma kuntratt ta' erba snin ma' Portsmouth, għal somma li ddur madwar l-£4 miljun.[5] Mid-debutt tiegħu fit-telfa ta' 3–1 kontra l-Arsenal, hu sar regulari mal-ewwel ħdax fuq il-faxxa leminija tad-difiża. L-ewwel gowl tiegħu wasal fl-20 ta' Ottubru b'azzjoni personali minn nofs il-grawnd kontra Wigan Athletic. L-ewwel unur mat-tim il-ġdid kienet l-FA Cup 2008, fejn lagħab il-partita sħiħa kontra Cardiff.

Il-prestazzjonijiet tajbin tiegħu wasslu biex ikun hemm għajdut li timijiet bħal Liverpool lesti li joffru £9 miljun għas-servizzi ta' Johnson, però dan tal-aħħar nhar id-9 ta' Jannar 2009 iffirma kuntratt ġdid ta' erba' snin u nofs.[6] Madanakollu, l-għajdut fuq possibbiltà ta' trasferiment ma waqfux.[7]

Fi tmiem l-istaġun 2008–09 ġie msejjaħ fit-Tim tas-Sena tal-PFA minkejja staġun diżappuntanti għal Portsmouth fejn irnexxielhom iżommu posthom fl-ogħla diviżjoni Ingliża, b'7 punti 'l fuq mir-relegazzjoni.[8]

Rappreżentant ta' Portsmouth ikkonferma fit-13 ta' Ġunju 2009 li saret offerta għal Johnson u hu kellu aktar ċans li fl-istaġun li jmiss jilgħab ma' klabb ġdid, b'Chelsea, Liverpool u Manchester City ikunu fost l-interessati. Fis-16 ta' Ġunju 2009, Portsmouth qablu fuq somma ta' madwar £17-il miljun mit-tim ta' Liverpool li għelbu lil Chelsea u Manchester City għall-firma tal-plejer. Glen Johnson stqarr ma' xi uffiċjali ta' Anfield li hu jridu jingħaqad mar-Reds.[9]

Liverpool

Nhar it-22 ta' Ġunju ġie finalizzat it-trasferiment tiegħu għal mat-tim ta' Liverpool fejn iffirma kuntratt ta' erba' snin.[10] Johnson iddebutta fl-ewwel partita tal-istaġun, fit-telfa ta' 2–1 kontra Tottenham Hotspur, waqt li l-ewwel gowl tiegħu wasal fid-19 ta' Awwissu 2009 kontra Stoke City.[11]

Internazzjonali

Johnson ingħata d-debutt mat-tim nazzjonali tal-Ingilterra nhar it-18 ta' Novembru 2003 kontra d-Danimarka, fejn daħal bħala sostitut għall-imweġġa' Gary Neville wara sittax-il minuta.

Wara prestazzjonijiet xejn brillanti fil-logħba tal-ħbiberija kontra d-Danimarka ta' Awwissu 2005, hu tilef postu bħala s-"sostitut" ta' Gary Neville lil Luke Young, li lagħab fiż-żewġ partiti ta' kwalifika tat-Tazza tad-Dinja. Johnson kellu jistenna sal-ħatra ta' Fabio Capello bħala l-kowċ il-ġdid tal-Ingilterra, li semmieh mal-iskwadra ta' Jannar 2008. Ir-ritorn tiegħu wasal fir-rebħa ta' 2–0 fuq l-Andorra.

Unuri

Klabb

Ingilterra Chelsea

Ingilterra Portsmouth

Ingilterra Liverpool

Referenzi

  1. ^ a b "Hammers clinch Johnson deal" (bl-Ingliż). 18-03-2003. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ "Charlton 4-2 West Ham Match" (bl-Ingliż). 11-02-2003. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ "Birmingham 2-2 West Ham" (bl-Ingliż). 11-05-2003. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ "Johnson seals Chelsea move" (bl-Ingliż). 15-07-2003. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  5. ^ "Portsmouth sign full-back Johnson" (bl-Ingliż). 31-08-2007. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  6. ^ "Johnson signs contract" (bl-Ingliż). 09-01-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  7. ^ "Benitez must sell before buying" (bl-Ingliż). 28-04-2009. Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  8. ^ "Giggs wins Player of Year award" (bl-Ingliż). 27-04-2009. Parametru mhux magħruf |publikatur= injorat (forsi ridt tuża |pubblikatur= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  9. ^ BBC Sport, ed. (16-06-2009). "Liverpool poised to sign Johnson" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  10. ^ Liverpoolfc.tv, ed. (22-06-2009). "REDS AGREE JOHNSON DEAL" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  11. ^ BBC, ed. (19-08-2009). "Liverpool 4 - 0 Stoke" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni

Mudell:Tim ta' Liverpool FC