Wayne Rooney
Mudell:Infobox Plejer tal-Futbol 2 Wayne Rooney (Liverpool, 24 ta' Ottubru 1985) hu plejer tal-futbol Ingliż li attwalment jilgħab mal-Premier League Ingliż Manchester United u mat-tim nazzjonali Ingliż.
Bijografija
Rooney hu l-ewwel wild ta' Thomas Wayne u Jeanette Marie Rooney (née Morrey). Hu trabba fi Croxteth flimkien ma' ħutu iżgħar minnu, Graeme u John, u t-tliet li huma kienu jattendu fl-Iskola De La Salle. Wayne trabba jagħti s-sosten tiegħu lill-klabb ta' Everton FC, u l-aktar player li kien jammira kien Duncan Ferguson.[1]
Karriera
Everton FC
Everton kisbu lil Wayne Rooney fl-età ta' għaxar snin, wara li kien impressjona ma' Liverpool Schoolboys u Dynamo Brownwings. Fid-19 ta' Ottubru 2002, ħamest ijiem wara għeluq is-sbatax-il sena, Rooney skorja l-gowl tar-rebħa kontra ċ-ċampjins renjanti Arsenal; barra milli din ir-rebħa għal Everton wasslet it-tmiem għat-tletin partita mingħajr telfa li kienu qed iżommu l-Gunners, Rooney sar l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja tal-Premier League, rekord li ġie megħlub darbtejn s'issa minn James Milner u attwalment minn James Vaughan.
Fi tmiem l-istaġun 2003–04, Rooney, li kien stqarr l-inabilità ta' Everton biex jisfidaw għal post fl-Ewropa, għamel rikjesta ta' trasferiment li Everton irrifjutawha jekk is-somma kellha tkun inqas minn £50 miljun. F'Awwissu 2004, l-aġent ta' Rooney irrifjuta kuntratt ta' tliet snin bi £12,000 kull ġimgħa li kien offrielu l-klabb, biex b'hekk ħalla lil Manchester United u Newcastle United jikkompetu għall-firma tiegħu. The Times irrapurtat li Newcastle kienu qrib l-akkwist ta' Rooney, kif kien ikkonfermat stess mill-aġent ta' Rooney, però Manchester United irnexxielhom fl-aħħar tax-xahar jiksbu l-firma tal-plejer għal somma ta' £31 miljun.[2] Dan it-trasferiment immarka l-iktar trasferiment għoli għal żagħżugħ, hekk kif Rooney kien għadu xi ġimgħat 'il bogħod milli jagħlaq id-dsatax-il sena meta sar it-trasferiment.
Manchester United
Rooney għamel id-debutt ma' United fit-28 ta' Settembru 2004 f'rebħa ta' 6–2 fil-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League kontra Fenerbahçe SK, fejn skorja tripletta u pprovda assist.[3] Sena wara, hu ġie mkeċċi fil-pari ta' mingħajr gowls fil-partita taċ-Champions League kontra Villarreal CF fi Spanja nhar l-14 ta' Settembru 2005, wara li sarkastikament applawda lir-referi Kim Milton Nielsen.[4] L-ewwel trofew ma' united wasal fil-League Cup 2006, u hu ġie msemmi wkoll bħala l-plejer tal-partita wara li skorja darbtejn fir-rebħa ta' 4-0 fuq Wigan Athetlic.
Rooney ġie mkeċċi fil-partita tat-Turnew ta' Amsterdam kontra FC Porto fl-4 ta' Awwissu 2006 wara li laqat lid-difensur ta' Porto Pepe bil-minkeb. Hu ġie sospiż għal tliet partiti mill-FA Ingliża wara rapport ta' 23 paġna mir-referi Ruud Bossen li spjega d-deċiżjoni tiegħu.[5] Rooney kiteb ittra ta' protesta lill-FA, fejn stqarr fuq in-nuqqas ta' kastig li ngħata lejn plejers oħra li ġew imkeċċija fil-logħob ta' ħbiberija.
Matul l-ewwel nofs tal-istaġun 2006–07, Rooney temm sensiela ta' għaxar partiti mingħajr gowl meta skorja tripletta kontra Bolton Wanderers, u x-xahar ta' wara iffirma estenzjoni tal-kuntratt għal sentejn oħrajn li b'hekk se jżommu ma' United sal-2012. Sa tmiem April, b'kombinazzjoni ta' żewġ gowls fl-iskor aggregat ta' 8–3 fil-kwarti tal-finali kontra AS Roma[6] u tnejn oħra fir-rebħa fl-ewwel leg ta' 3–2 fis-semifinali kontra AC Milan,[7] wassal in-numru ta' gowls ta' Rooney f'kull kompetizzjoni.
United ħabbru qabel il-bidu tal-istaġun li Rooney kien se jieħu l-flokk numru 10 li kien vakant wara li Ruud van Nistlerooy kien telaq għal Real Madrid sena qabel. Hu ġie ppreżentat bil-flokk f'konferenza stampa fit-28 ta' Ġunju 2007 mill-attaknt veteran ta' United Denis Law, li kien libes dan il-flokk matul iż-żmien mal-klabb.[8]
Fit-12 ta' Awwissu 2007, Rooney kiser il-metatarsu xellugi fil-partita tal-ftuħ tal-kampjonat il-ġdid kontra Reading. Wara li dam għal sitt ġimgħat barra mil-logħob, hu rritorna għar-rebħa ta' United fil-UEFA Champions League kontra Roma fit-2 ta' Ottubru, fejn kien hu li skorja l-unika gowl tal-partita. Madanakollu, madwar biss xahar mir-ritorn tiegħu, Rooney weġġa' l-irkoppa matul sessjoni ta' taħriġ fid-9 ta' Novembru, u tilef ġimgħatejn oħra. Ir-ritorn lura wasal fit-3 ta' Diċembru kontra Fulham, fejn lagħab sebħgin minuta. Rooney tilef total ta' għaxar partiti u temm l-istaġun 2007-08 bi tmintax-il gowl, hekk kif United kisbu kemm il-Premiership u anki ċ-Champions League. Rooney skorja tliet gowls fil-kampanja rebbieħa ta' United tat-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008, fejn mhux biss spiċċa bħala l-aqwa skorer tat-tornew imma wkoll ingħata l-unur tal-Ballun tad-Deheb bħala l-aqwa plejer matul it-tornew.
Nhar l-14 ta' Jannar 2009, wara li skorja l-gowl rebbieħ wara biss 54 sekonda tal-partita kontra Wigan Athletic, ħareġ barra imweġġa wara tmien minuti. Wara madwar erba' ġimgħat barra, Rooney irritorna għal-logħob fil-partita kontra Fulham, fejn daħal bħala sostitut għal Berbatov fejn skorja t-tielet u l-aħħar gowl tal-konfront fir-rebħa ta' 3–0. Rooney spiċċa l-istaġun b'20 gowl f'kull kompetizzjoni, tnax-il minnhom fil-kamjonat.
L-istaġun 2009–10 bdieh b'gowl fid-90 minuta fil-Community Shield li ġab l-iskor ta' 1–1, minkejja li Chelsea ħarġu rebbieħa bil-penalties.
Internazzjonali
Rooney sar l-iżgħar plejer li qatt lagħab għall-Ingilterra meta għamel l-ewwel apparenza f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Awstralja fit-12 ta' Frar 2003 fl-età ta' sbatax-il sena, l-istess età fejn sar l-iżgħar plejer li qatt skorja gowl għas-selezzjoni Ingliża. Iż-żagżugħ ta' Arsenal Theo Walcott kiser ir-rekord tal-apparenza ta' Rooney b'36 ġurnata f'Ġunju 2006.
L-ewwel tornew li ħa sehem fih kien l-Euro 2004, fejn sar l-iżgħar plejer li skorja fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni meta skorja doppjetta kontra l-Iżvizzera fis-17 ta' Ġunju 2004; madanakollu, dan ir-rekord inkiser biss erbat ijiem wara grazzi għall-Iżvizzeru Johan Vonlanthen. Rooney weġġa' fil-kwarti tal-finali kontra l-Portugall hekk kif l-Ingilterra ġew eliminati bl-għoti tal-penalties.
Wara li weġġa' saqajh f'partita tal-Premier League f'April 2006, Rooney kien jinsab fi sfida biex ikun b'saħħtu biex jilgħab fit-Tazza tad-Dinja 2006. Rooney irnexxielu jkun preżenti fil-partita kontra t-Trinidad u Tobago u dik segwenti kontra l-Iżvezja. Madanakollu, ma rnexxielhux iħalli l-marka bħalma ħalla fit-tornew preċedenti hekk kif ma skorja l-ebda gowl, waqt li l-Ingilterra spiċċaw barra mill-kompetizzjoni, għal darb'oħra minħabba l-għoti tal-penalties.
Rooney, fl-aħħar partita tal-kampanja Ingliża fit-Tazza tad-Dinja 2006 kontra l-Portugall spiċċa mkeċċi wara 62 minuta logħob wara li tela' fuq id-difensur Portugiż Ricardo Carvalho, hekk kif it-tnejn kienu qed jiġġieldu għall-possessjoni tal-ballun. Din ġabet kontroversja sħiħa minħabba l-involviment ta' sieħbu fit-tim ta' United Cristiano Ronaldo li pprotesta bil-miftuħ, waqt li r-referi Horacio Elizondo innega li kien influwenzat mill-atteġġjament ta' Ronaldo.
Ħajja personali
Rooney iltaqa' ma' martu, Coleen Rooney (née McLoughlin), waqt li t-tnejn li huma kienu fl-aħħar sena ta' skola sekondarja. Huma żżewġu fit-12 ta' Ġunju 2008 wara sitt snin għerusija, li matulhom Rooney ammetta li kien sfrutta l-prostituzzjoni f'Liverpool fl-2004.[9] Hu għandu tattoo bil-kliem "Just Enough Education To Perform", minn titlu ta' album tal-grupp favorit tiegħu, Stereophonics, li daqqew ukoll matul ir-riċeviment tat-tieġ.
Il-familja Rooney tgħix f'villa fir-raħal ta' Prestbury li tiswa' £4.25 miljun, li nbniet minn kumpanija posseduta minn Dawn Ward, il-mara tal-attakant veteran ta' Sheffield United Ashley Ward.
Statistika
Statistika korretta sas-6 ta' April 2011[10]
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Kontinentali | Oħrajn | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | App | Gowls | ||
Everton | 2002–03 | 33 | 6 | 1 | 0 | 3 | 2 | – | 0 | 0 | 37 | 8 | |
2003–04 | 34 | 9 | 3 | 0 | 3 | 0 | – | 0 | 0 | 40 | 9 | ||
Total | 67 | 15 | 4 | 0 | 6 | 2 | – | 0 | 0 | 77 | 17 | ||
Manchester United | 2004–05 | 29 | 11 | 6 | 3 | 2 | 0 | 6 | 3 | 0 | 0 | 43 | 17 |
2005–06 | 36 | 16 | 3 | 0 | 4 | 2 | 5 | 1 | 0 | 0 | 48 | 19 | |
2006–07 | 35 | 14 | 7 | 5 | 1 | 0 | 12 | 4 | 0 | 0 | 55 | 23 | |
2007–08 | 27 | 12 | 4 | 2 | 0 | 0 | 11 | 4 | 1 | 0 | 43 | 18 | |
2008–09 | 30 | 12 | 2 | 1 | 1 | 0 | 13 | 4 | 3 | 3 | 49 | 20 | |
2009–10 | 32 | 26 | 1 | 0 | 3 | 2 | 7 | 5 | 1 | 1 | 44 | 34 | |
2010–11 | 22 | 10 | 2 | 1 | 0 | 0 | 6 | 2 | 1 | 0 | 31 | 13 | |
Total | 211 | 101 | 25 | 12 | 11 | 4 | 60 | 23 | 6 | 4 | 313 | 144 | |
Total tal-karriera | 278 | 116 | 29 | 12 | 17 | 6 | 60 | 23 | 6 | 4 | 390 | 161 |
Unuri
Klabb
- Premier League: 2006–07, 2007–08, 2008–09
- Football League Cup: 2005–06, 2009–10
- Community Shield: 2007, 2010
- UEFA Champions League: 2007–08
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs: 2008
Individwali
- Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-FIFPro: 2004–05
- Trofew Bravo: 2003
- Tim tat-Turnew Kampjonati Ewropej 2004
Referenzi
- ^ FourFourTwo, ed. (13-06-2008). "Wayne Rooney Interview" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Manchester United plc, ed. (2005-10-11). "Manchester United plc Report & Accounts 2005" (PDF) (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna) - ^ "Rooney's debut hat-trick against Fenerbahçe". BBC Sport (bl-Ingliż). 28-09-2004. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Villarreal 0-0 Man Utd" (bl-Ingliż). 14-09-2005. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Rooney & Scholes lose ban appeals" (bl-Ingliż). 15-08-2006. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Man Utd 7-1 Roma (agg 8-3)" (bl-Ingliż). 10-04-2007. Parametru mhux magħruf
|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ "Man Utd 3-2 AC Milan" (bl-Ingliż). 2007-04-24. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna) - ^ "Rooney delighted with new number" (bl-Ingliż). 30-06-2007. Parametru mhux magħruf
|aċċessdata=
injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf|publikatur=
injorat (forsi ridt tuża|pubblikatur=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ BBC, ed. (22-08-2004). "Rooney admits prostitute visits" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Andrew Endlar. StretfordEnd.co.uk (ed.). "Wayne Rooney" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna)
Ħoloq esterni
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Wayne Rooney |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Wayne Rooney |
- Sit uffiċjali
- Wayne Rooney fuq Soccerbase
- Profil fuq ManUtd.com