Gabriel Garcia Marquez
Dan l-artiklu dwar il-letteratura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Gabriel García Márquez (6 ta' Marzu 1927 – 17 ta' April 2014) kien rumanzier, awtur ta' novelli, xeneġġatur u ġurnalist Kolombjan, magħruf bħala Gabo fl-Amerika Latina. Kien meqjus bħala wieħed mill-akbar awturi tas-seklu 20 u rebaħ in-Neustadt International Prize for Literature fl-1972 u l-Premju Nobel għal-Letteratura fl-1982. Kien awto-didatta, u ħalla l-liġi biex jaqbad karriera fil-ġurnaliżmu. Sa mill-bidu ma qagħadx lura milli jikkritika l-politika ta' pajjiżu u tad-dinja.
García Márquez huwa magħruf l-iktar għar-rumanzi tiegħu, fosthom Mitt Sena ta' Solitudni (One Hundred Years of Solitude) (1967), Ħarifa ta' Patrijarka (Autumn of the Patriarch) (1975) u Imħabba fi żmien il-Kolera (El amor en los tiempos del cólera) (1985). Xogħlijietu ntlaqgħu tajjeb ħafna mill-kritiċi u mill-pubbliku, l-iktar għal-istil tar-realiżmu maġiku, li juża elementi mapiċi f'sitwazzjonijiet ordinarji. Uħud minn xogħlijietu huma ambjentati fir-raħal fittizju ta' Macondo (ispirat minn Aracataca, il-post fejn twieled), u ħafna minnhom jesploraw it-tema tas-solitudni.