[go: nahoru, domu]

Aqbeż għall-kontentut

Muħammed

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Muħammed
Ħajja
Twelid Mekka, 570, 20 April 571
Residenza Mekka
Medina
Grupp etniku Għarab
L-ewwel lingwa Għarbi
Mewt Medina, 8 Ġunju 632
Post tad-dfin Kamra Profetika Mqaddsa
Familja
Missier Abdullah ibn Abdul-Muttalib
Omm Aminah
Konjuga/i Khadija bint Khuwaylid (en) Translate  (595 -  619)
Sawda bint Zamʿa (en) Translate  (619 -  632)
Aisha (en) Translate  (619 -  632)
Hafsa bint Umar ibn Al-Khattab (en) Translate  (624 -  632)
Zaynab bint Khuzayma (en) Translate  (625 -  627)
Zaynab bint Jahsh (en) Translate  (627 -  632)
Juwayriyya bint al-Harith (en) Translate  (628 -  632)
Ramla bint Abi Sufyan (en) Translate  (628 -  632)
Rayhana bint Zayd ibn ʿAmr (en) Translate  (629 -  631)
Safiyya bint Huyayy (en) Translate  (629 -  632)
Umm Salama (en) Translate  (629 -  632)
Maria al-Qibtiyya (en) Translate  (630 -  632)
Maymunah bint al-Harith (en) Translate  (630 -  632)
Ulied
Familja
Tribù Banu Hashim (en) Translate
Edukazzjoni
Lingwi Għarbi
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni ragħaj
speditur
merkant
profeta
predikatur
politiku
mexxej militari
Servizz militari
Iġġieldu Expeditions of Muhammad (en) Translate
Battalja ta' Badr
Battalja ta' Uhud
Battalja tat-Trunċiera
Battalja ta' Khaybar
Battalja ta' Hunayn
Battalja ta' Tabouk

Muħammed (bl-Għarbi: مُحَمَّد ٱبْن عَبْد ٱللَّٰه‎, bl-ittri Rumani: Muħammad ibn Għabd Allāh; pronunzjat bl-Għarbi Klassiku: [muˈħammad]; pronunzjat bil-Malti l-iktar bħala [muˈħammed] jew [moˈħammed] jekk mhux verbatim bħall-Għarbi Klassiku; twieled għall-ħabta tal-570 – miet fit-8 ta' Ġunju 632)[1] kien mexxej Għarbi reliġjuż, soċjali u politiku, u fundatur tar-reliġjon dinjija tal-Iżlam. Skont it-tagħlim Iżlamiku, huwa kien profeta, imnebbaħ b'mod divin biex jipprietka u jikkonferma t-tagħlimiet monoteistiċi ta' Adam, Abram, Mosè, Ġesù, u profeti oħra.[2][3][4] Huwa l-profeta finali ta' Alla skont il-fergħat prinċipali kollha tal-Iżlam, għalkemm xi denominazzjonijiet moderni ma jaqblux ma' dan it-twemmin. Muħammed għaqqad lill-Arabja f'entità Musulmana waħda, bil-Koran kif ukoll bit-tagħlimiet u prattiki tiegħu bħala l-bażi tat-twemmin reliġjuż Iżlamiku.

"Muħammed il-Messaġġier ta' Alla" mnaqqxa fuq il-bibien tal-Moskea tal-Profeta f'Medina, l-Arabja Sawdija

Muħammed twieled bejn wieħed u ieħor fil-570 (is-Sena tal-Iljunfant) fil-Mekka. Huwa kien iben Abdullah ibn Abd al-Muttalib u Amina bint Wahb. Missieru kien iben il-mexxej tribali tal-Qurajx Abd al-Muttalib ibn Hashim, u Abdullah miet ftit xhur qabel twieled Muħammed. Ommu Amina mietet meta kellu sitt snin, u ħallietu orfni.[5] Huwa trabba ma' nannuh, Abd al-Muttalib, u ma' zijuh min-naħa ta' missieru, Abu Talib.[6] Iktar 'il quddiem, huwa kien perjodikament joqgħod għalih f'għar fil-muntanji msejjaħ Hira għal diversi ljieli ta' talb. Meta kellu 40 sena, Muħammed sostna li żaru Gabrijel fl-għar[7][8] u li tah l-ewwel rivelazzjoni minn Alla. Fis-613[9], Muħammed beda jipprietka dawn ir-rivelazzjonijiet pubblikament, u beda jipproklama li tewħid (Alla hu wieħed), li s-"sottomissjoni" (iżlam) sħiħa lill-Alla kienet l-istil ġust tal-ħajja (dīn)[10], u li hu kien profeta u messaġġier ta' Alla, bħal profeti oħra fl-Iżlam.[11][12][13]

"Muħammed" miktuba bil-kalligrafija Iżlamika ta' Thuluth

Is-segwaċi ta' Muħammed inizjalment kont tgħoddhom fuq ponot subgħajk, u esperjenzaw ostilità mill-politeisti tal-Mekka għal 13-il sena. Sabiex jaħrab il-persegwitazzjoni kontinwa, huwa bagħat lil uħud mis-segwaċi tiegħu lejn l-Abissinja fis-615, qabel ma hu u s-segwaċi tiegħu ma marrux mill-Mekka għal Medina (dak iż-żmien magħrufa bħala Jatrib) iktar 'il quddiem fis-622. Dan l-avveniment, il-Hiġra, jimmarka l-bidu tal-kalendarju Iżlamiku, magħruf ukoll bħala l-kalendarju Hijri. F'Medina, Muħammed għaqqad it-tribujiet taħt il-Kostituzzjoni ta' Medina. F'Diċembru 629, wara tmien snin ta' ġlied intermittenti mat-tribujiet tal-Mekka, Muħammed ġabar armata ta' 10,000 ikkonvertit Musulman u assedja l-belt tal-Mekka. Il-ħakma bilkemm kienet ikkontestata u Muħammed ħataf il-belt bi ftit tixrid tad-demm. Fis-632, ftit xhur wara li rritorna mill-Pellegrinaġġ tat-Tluq, huwa marad u miet. Sal-mument ta' mewtu, il-biċċa l-kbira tal-Peniżola tal-Arabja kienet ikkonvertiet għall-Iżlam.

Ir-rivelazzjonijiet (magħrufa individwalment bħala Ajah – litteralment "Sinjal [ta' Alla]") li Muħammed kien sostna li rċieva sa mewtu jiffurmaw il-versi tal-Koran, meqjus mill-Musulmani bħala verbatim "il-Kelma ta' Alla" li fuqha hija bbażata r-reliġjon. Apparti l-Koran, it-tagħlimiet u l-prattiki ta' Muħammed imsejħa Sunna (bl-Għarbi: سنّة, sunnah), li jinsabu fil-letteratura Ħadit u sira (bijografija tal-Profeta), jitqiesu u jintużaw bħala sorsi tal-liġi Iżlamika.

Ismijiet u appellazzjonijiet mill-Koran[immodifika | immodifika s-sors]

Folja minn Koran bikri miktub bil-kalligrafija Kufi (il-perjodu Abbasida, is-sekli 8-9)

L-isem Muħammed (/mʊˈhæməd, -ˈhɑːməd/) ifisser "dak li jistħoqqlu t-tifħir" u jidher erba' darbiet fil-Koran. Il-Koran jindirizza wkoll lil Muħammed fit-tieni persuna b'diversi appellazzjonijiet; profeta, messaġġier, qaddej jew skjava ta' Alla (għabd, relatata bil-kelma l-Malti għabid), ħabbar it-tajba (baxir) fil-Koran 2:119, xhud (xahid) fil-Koran 33:45, dak li jwassal il-bxara t-tajba (mubaxxir), dak li jwissi (nathir) fil-Koran 11:2, dak li jfakkar (muthakkir) fil-Koran 88:21, dak li jsejjaħ [lill-Alla] (dā'ī) fil-Koran 12:108, id-dawl personifikat (nūr) fil-Koran 5:15, u l-lampa li tagħti d-dawl (siraġ munir) fil-Koran 33:46.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ The End of Muhammad's Life and the Beginnings of Islam, p. 248, University of Pennsylvania Press, 2011.
  2. ^ Esposito (2002b), pp. 4-5.
  3. ^ Peters, F.E. (2003). Islam: A Guide for Jews and Christians. Princeton University Press. p. 9. ISBN 978-0-691-11553-5.
  4. ^ Esposito, John (1998). Islam: The Straight Path (3rd ed.). Oxford University Press. pp. 9, 12. ISBN 978-0-19-511234-4.
  5. ^ "Early Years". Al-Islam.org (bl-Ingliż). 2012-10-18. Miġbur 2021-08-03.
  6. ^ Watt (1974), p. 7.
  7. ^ Conrad, Lawrence I. (1987). "Abraha and Muhammad: some observations apropos of chronology and literary topoi in the early Arabic historical tradition1". Bulletin of the School of Oriental and African Studies. 50 (2): 225–40.
  8. ^ Sherrard Beaumont Burnaby (1901). Elements of the Jewish and Muhammadan calendars: with rules and tables and explanatory notes on the Julian and Gregorian calendars. G. Bell. p. 465.
  9. ^ Howarth, Stephen. Knights Templar. 1985. ISBN 978-0-8264-8034-7 p. 199.
  10. ^ "Dīn - Oxford Islamic Studies Online". web.archive.org. 2017-12-05. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-12-05. Miġbur 2021-08-03.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  11. ^ F.E. Peters (2003), p. 9.
  12. ^ Esposito (1998), p. 12; (1999) p. 25; (2002) pp. 4-5.
  13. ^ Buhl, F.; Welch, A.T. (1993). "Muḥammad". Encyclopaedia of Islam. 7 (2nd ed.). Brill. pp. 360-376. ISBN 978-90-04-09419-2.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]