Piero de Ponte
Piero de Ponte | |||
---|---|---|---|
1534 - 1535 ← Philippe de Villiers de L'Isle-Adam - Didier de Saint-Jaille → | |||
Ħajja | |||
Twelid | Asti, 26 Awwissu 1462 | ||
Mewt | Birgu, 18 Novembru 1535 (Gregorian) | ||
Okkupazzjoni | |||
Okkupazzjoni | patri ġellied |
Piero de Ponte (26 ta' Awwissu 1462 – 17 ta' Novembru 1535) kien il-45 Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann bejn l-1534 u l-1535.
Oriġinarjament minn Asti, fit-Tramuntana tal-Italja u kien dixxendent tal-familja antika ta’ Casal-Gros u Lombriax. Sar Kavallieri Osptalier u kien gvernatur tal-Ordni tal-gżira ta’ Lango meta Rodi waqgħet f’idejn l-Ottomani fl-1 ta' Jannar 1523, u kien għadu hemm fl-1534 meta rċieva l-aħbar tal-elezzjoni tiegħu għall-kariga ta' Gran Mastru tal-Ordni biex jieħu post Philippe Villiers de L'Isle-Adam f'Malta. Wara li ġie elett għamel xahrejn f'Calabria, u wasal Malta fl-10 ta’ Novembru 1534.
L-ewwel muniti tal-Ordni li se nħadmu f’Malta saru fi żmien del Ponte.[1] F'Ġunju 1535 il-Gran Mastru bagħat il-flotta tal-Ordni biex tiġġieled fil-konkwista ta' Tunis.[2]
Del Ponte miet fit-18 ta’ Novembru 1535, 15-il xahar wara l-elezzjoni tiegħu. Huwa kien midfun fil- Kappella ta’ Sant’Anna fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu, Malta. Eventwalment il-fdalijiet tiegħu ġew midfuna fil-kripta tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta.[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Coinage of the Knights in Malta". The Coinage of Malta. Central Bank of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-6 October 2014. Miġbur 21 September 2014.
- ^ "1535: la presa di Tunisi". Oratores el Bellatores. Miġbur 30 September 2014.
- ^ Mallia-Milanes, Victor (2008). The Military Orders: History and heritage. Aldershot: Ashgate Publishing Limited. p. 62. ISBN 9780754662907.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Predeċessur Philippe Villiers de L'Isle-Adam |
Gran Mastru tal-Ordni ta' San Ġwann 1534–1535 |
Suċċessur |