Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani
Staġun jew kompetizzjoni attwali: Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani 2013 | |
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1957 |
Nru. ta' timijiet | 16 |
Reġjun | Afrika (CAF) |
Ċampjin attwali |
|
L-aktar rebħiet |
|
It-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani hi l-kompetizzjoni prinċipali għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-Afrika. Din hi sanzjonata mill-Konfederazzjoni Afrikana tal-Futbol (CAF), u saret għall-ewwel darb afl-1957. Mill-1968, din il-kompetizzjoni ilha ssir darba kull sentejn. Ir-rebbieħa fi żmien it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet tal-FIFA jikkwalifikaw għal din il-kompetizzjoni.
Trofew[immodifika | immodifika s-sors]
Matul l-istorja tal-kompetizzjonijiet, tliet trofej differenti ġew mogħtija lir-rebbieħa. It-trofew oriġinali, magħmul mill-fidda, kien l-"Abdelaziz Abdallah Salem Trophy", ġiet imsemmiha wara l-ewwel president tal-CAF, l-Eġizzjan Abdelaziz Abdallah Salem. Fl-1978, bħala l-ewwel tim li rebaħ tliet edizzjonijiet tat-Tazza tan-Nazzjonijiet, il-Gana kisbet id-dritt li żżomm dan it-trofew.
Bejn l-1980 u s-sena 2000, beda jingħata t-tieni trofew bl-isem ta' "Trophy of African Unity" jew "African Unity Cup". Dan ġie mogħti mill-Kunsill Suprem tal-Isport fl-Afrika lill-CAF qabel l-edizzjoni tal-1980 u dan kien jikkonsisti minn biċċa ċilindrika biċ-ċrieki Olimpiki fuq inċiżjoni tal-mappa tal-kontinent. Din kienet iżżomm fuq bażi kwadra u kellha widnejn fuq stil trijangulari. Il-Kamerun kisbu dan it-trofew b'mod definittiv wara r-rebħ tat-tielet titlu tagħhom f'din il-kompetizzjoni fl-2000.
Fl-2001, ġie mħabbar it-tieni trofew li kien jikkonsisti minn tazza indurata bid-deheb, iddisinjata u magħmula ġewwa l-Italja. Il-Kamerun, li kienu rebbieħa tal-aħħar trofew, refgħu dan it-trofew il-ġdid wara r-rebħa finali fl-edizzjoni tal-2002. L-Eġittu rebħu dan it-trofew b'mod permanenti wara li saru tliet darbiet ċampjins tal-Afrika fl-2010, rebħa li kienet it-tielet waħda konsekuttiva.
Riżultati[immodifika | immodifika s-sors]
Statistika[immodifika | immodifika s-sors]
Rebbieħa[immodifika | immodifika s-sors]
Rebħiet | Tim | Sena/Snin |
---|---|---|
7 darbiet | 1957, 1959, 1986, 1998, 2006, 2008, 2010 | |
4 darbiet | 1963, 1965, 1978, 1982 | |
4 darbiet | 1984, 1988, 2000, 2002 | |
darbtejn | 1980, 1994 | |
darbtejn | 1968, 1974 | |
darba | 1992 | |
darba | 1990 | |
darba | 2004 | |
darba | 1976 | |
darba | 1996 | |
darba | 1970 | |
darba | 1962 | |
darba | 1972 |
Ospiti[immodifika | immodifika s-sors]
Drabi | Pajjiż | Sena/Snin |
---|---|---|
4 darbiet | 1959, 1974, 1986, 2006 | |
4 darbiet | 1963, 1978, 2000, 2008 | |
3 darbiet | 1962, 1968, 1976 | |
3 darbiet | 1965, 1994, 2004 | |
3 darbiet | 1980, 2000, 2013 | |
darbtejn | 1957, 1970 | |
darba | 1990 | |
darba | 1998 | |
darba | 1972 | |
darba | 1982 | |
darba | 1984 | |
darba | 2002 | |
darba | 1988 | |
darba | 1992 | |
darba | 1996 | |
darba | 2010 |
L-aqwa skorers[immodifika | immodifika s-sors]
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- ^ Fl-1957, it-tim nazzjonali tal-Afrika t'Isfel ġie skwalifikat mill-kompetizzjoni minħabba l-politika tal-apartheid.
- ^ Fl-1959, it-tliet timijiet lagħbu kollha kontra xulxin. Fl-aħħar logħba, ir-rebħa tal-Eġittu fuq is-Sudan bl-iskor ta' 2–1 eleġġa lit-tim Eġizzjan bħala rebbieħ tat-turnew.
- ^ a b Fl-1976, ma kien hemm l-ebda finali proprja; ir-rebbieħ ġie deċiż minn turnew magħmul minn erba' timijiet.
- ^ Fl-1978, fil-logħba għat-tielet post in-Niġerja ngħatat rebħa ta' 2–0 wara li t-Tuneżija abbandunaw il-grawnd wara 42 minuta logħba (bl-iskor parzjali ta' 1–1) bi protesta għall-irrefjar.
- ^ Ma ntgħalabx il-ħin barrani.