[go: nahoru, domu]

Aqbeż għall-kontentut

Koran: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m r2.7.3) (Robot: Bidla f'ps:قرآن کریم għal ps:قرآن
m r2.7.2) (Bot Bidla: tl:Koran, vi:Khả Lan, zh-min-nan:Kuran
Linja 400: Linja 400:
[[tg:Қуръон]]
[[tg:Қуръон]]
[[th:อัลกุรอาน]]
[[th:อัลกุรอาน]]
[[tl:Quran]]
[[tl:Koran]]
[[tr:Kur'an]]
[[tr:Kur'an]]
[[tt:Qör'ən]]
[[tt:Qör'ən]]
Linja 407: Linja 407:
[[ur:قرآن]]
[[ur:قرآن]]
[[uz:Qurʼon]]
[[uz:Qurʼon]]
[[vi:Qur'an]]
[[vi:Khả Lan]]
[[wa:Alcoran]]
[[wa:Alcoran]]
[[war:Coran]]
[[war:Coran]]
Linja 416: Linja 416:
[[zh:古兰经]]
[[zh:古兰经]]
[[zh-classical:古蘭經]]
[[zh-classical:古蘭經]]
[[zh-min-nan:Qur'an]]
[[zh-min-nan:Kuran]]

Reviżjoni ta' 22:23, 4 Ottubru 2012

Il-Koran, Il-ktieb l-imqaddes tal-Misilmin

Il-Koran jew Qurgħan, (bl-Għarbi القرآن) huwa l-ktieb l-imqaddes tal-Iżlam. Il-Misilmin iqisu l-Koran bħala "Il-Kelma t'Alla". Dan il-ktieb huwa differenti minn testi reliġjużi oħra fis-sens li l-Misilmin jaħsbu li hu miktub direttament minn Alla, permezz tal-profeta Muħammed.

Inkiteb bl-Għarbi u ilu jinqara b'dan l-isien biss għal aktar minn 1,400 sena. Iżda, minħabba li ħafna Misilmin madwar id-dinja ma jifhmux l-Għarbi, il-Koran hu mfisser ukoll f'ilsna oħra, sabiex il-qarrejja jkunu jistgħu jifhmu aħjar xi jfissru l-kliem bl-Għarbi fil-Koran. Dawn il-kotba huma bħal dizzjunarji tal-Koran - ma jinqrawx bħala parti mill-reliġjon tal-Iżlam, minflok il-Koran Għarbi. Il-Misilmin jemmnu li dawn it-traduzzjonijiet mhumiex il-veru Koran; il-verżjoni Għarbija hi l-veru Koran[1].

Storja

L-ewwel erba versi (Ajat) ta' al-Għalaq, is-96 kapitlu (sura) tal-Koran

Il-Misilmin jemmnu li l-Koran kien imħabbar għall-ewwel darba lil Muħammed mill-Arkanġlu Gabriel f'għar fil-muntanji ta' Hira fil-Mekka, u mbagħad matul it-23 sena ta' wara sa mewtu.

Il-Koran ma kienx miktub kollu f'daqqa f'għamla ta' ktieb meta Muħammed kien għadu ħaj, imma kien miżmum bil-belma u kitbiet qsar biex iffakkru. Il-profeta ma kienx jaf jaqra u jikteb, iżda skont l-Misilmin, il-ħabib tal-Profeta Abu Bakr, fost oħrajn, kien jikteb it-testi waqt li Muħammed kien għadu ħaj. Meta Abu Bakr sar kalif, irranġa li l-Koran jinkiteb f'għamla ta' ktieb. Uthman, li kien it-tielet kalif, kompla jirfina l-forma miktuba tiegħu.

Test

L-ewwel kapitlu tal-Koran

It-test tal-Koran jikkonsisti f'114-il kapitlu ta' tulijiet differenti, kull wieħed magħruf bħala sura. Il-kapitli huma kklassifikati bħala "ta' Mekka" jew "ta' Medina", skont meta (qabel jew wara l-Ħiġjra) il-versi ġew rivelati. It-titli tal-kapitli ġejjin minn isem jew kwalità diskussa fit-test, jew mill-ewwel ittri jew kliem tas-sura. Il-Misilmin jemmnu li Muħammed, fuq ordni minn Alla, ta l-kapitli l-ismijiet li għandhom[1]. Ġeneralment, il-kapitli twal jidhru iżjed 'l quddiem fil-Koran, filwaqt dawk li huma iqsar jidhru aktar tard. L-arranġament tal-kapitli għalhekk mhux marbut mal-ordni tad-dati tar-rivelazzjoni. Kull sura minbarra d-disa' waħda tibda bill-Basmala [2], frażi Għarbija li tfisser "F'isem Alla, l-iżjed Tajjeb, l-iżjed Ħanin"). Però, il-Basmala xorta tidher 114-il darba fil-Koran billi qegħda fil-vers 27:30 bħala l-ftuħ tal-ittra ta' Salamun lir-Reġina ta' Saba[3]

Kull sura hi magħmula minn għadd ta' Ajat (versi, plural ta' Aja). Oriġinarjament Aja kienet tfisser sinjal mibgħut minn Alla. In-numru ta' versi huma differenti minn kapitlu għall-ieħor. Vers jista' jkun ta' ftit ittri jew erba' linji biss. Il-versi huma differenti mill-poeżija rfinuta ħafna tal-Għarab ta' qabel l-Iżlam kemm fil-kontenut tagħhom u kemm fir-rima u r-ritmu distintivi, u jixbħu aktar l-għejdut profetiċi immarkati bi qtugh ispirati li nsibu fil-kotba mqaddsa tal-Ġudaiżmu u l-Kristjaneżmu. In-numru veru ta' ajat ilu kwistjoni kontroversjali fost l-akkademiċi Misilmin mill-bidu tal-Iżlam, xi wħud jirrikonoxxu 6,000, xi wħud 6,204, xi wħud 6,219, u oħrajn 6,236, għalkemm il-kliem fil-każijiet kollha huma l-istess. L-edizzjoni l-aktar popolari tal-Koran, li hi bbażata fuq it-tradizzjoni iskola Kufa, fiha 6,236 aja[1]

Hemm diviżjoni tal-ktieb fi 30 parti, bejn wieħed u ieħor indaqs. Kull parti jew agża', fiha żewġ sezzjonijiet imsejħin aħżab, li kull waħda minnhom hi maqsuma f'erba' partijiet (rub għall-aħżab). Il-Koran hu maqsum ukoll f'seba' partijiet bejn wieħed u ieħor indaqs,manażil, biex jista' jiġi rreċitat f'ġimgħa[1].

It-test Korani jidher li m'għandu l-ebda bidu, nofs jew tarf, l-istruttura tiegħu mhux linjari imma simili għall-web[1]. L-arranġament testwali kultant qiesu fih nuqqas ta' kontinwità, nuqqas ta' kronoloġika jew ordni tematiku, u fih ir-ripetizzjoni. Kif jgħidu Irene Blomm u William Theodore de Bary:

"Il-proċess finali tal-ġbir u l-kodifikazzjoni tat-test tal-Koran kien immexxi minn prinċipju wieħed fuq kollox: kliem Alla ma jistgħu bl-ebda mod jiġu mgħawġa jew imniġġsa mill-indħil tal-bniedem. Għal din ir-raġuni, ma sar l-ebda attentat serju, ta' edizzjoni tal-bosta rivelazzjonijiet, ta' organizzazzjoni ta' dawn f'oqsma tematiċi, jew ta' preżentazzjoni f'ordni kronoloġika .... Dan wassal fl-imgħoddi għal ħafna kritika mill-akkademiċi Ewropej u Amerikani tal-Iżlam, li jsibu l-Koran diżorganizzat, ripetittiv, u diffiċli ħafna biex jinqara."[4].

L-ewwel u l-aħħar ajat

L-ewwel aja rivelata hija din:

Aqra (ibda) bl-Isem t'Allah, Li ħalaq (kollox). Ħalaq il-bniedem minn massa (mwaħħla) bħal sangisug (fil-ġuf tal-omm). Aqra u l-Mulej tiegħek hu l-aktar ħanin, Li għallem lill-bniedem (il-qari u l-kitba) bil-pinna, Li (minbarra dak) għallem lill-bniedem (kollox) li ma kienx jaf. [5]

L-aħħar aja rivelata hija:

Min jemmen! Issodisfaw l-obbligi (kollha). Legali għalikom (għall-ikel) huma l-annimali kollha ta' erba' saqaj. Laħam mejjet, demm, majjal, kull ikel imbierek minn alla (falz) għajr Alla; kull annimal li miet fgat, b'xeba bsaten, bil-vleġeġ, b'waqgħa, jew bit-telf tad-demm; annimal li kien nofsu mikul minn annimali selvaġġi jew annimal li ġie sagrifikat fuq artal tal-ġebel, huma projbiti. Madankollu, fil-każ ta' periklu ta' mewt bil-ġuħ, eċċezzjonijiet huma permessi.

Relazzjoni bejn il-Koran u l-Bibbja

Il-Koran, jgħid li l-Insara u l-Lhud jemmnu wkoll fil-veru Alla. Xi paġni tal-Koran jirrakontaw xi stejjer dwar xi affarijiet u nies mill-Bibbja. Fost il-karattri mill-Bibbja li huma msemmija fil-Koran hemm Abraham, Noè u Ġesù Kristu. Dawn il-tliet reliġjonijiet jissejħu Abramin minħabba dawn ir-relazzjonijiet.

Madankollu, hemm differenzi importanti bejn il-verżjoni Islamika u Biblika ta' stejjer simili. Per eżempju, il-Koran jgħid li Ġesù Kristu ma kienx iben t'Alla, bħala ma jgħidu l-parti l-kbira tal-Insara; għall-Misilmin, kien biss profeta. L-Iżlam jgħallem li dan ġara minħabba l-ewwel t-testi tal-Bibbja intilfu u mbagħad ġew mibdula.

Lista tas-suriet tal-Koran

Sura
# Isem Tifsira Numru ta' Ajat Ruku' Irrivelata
1 Al-Fatiħa Il-Ftuħ 7 1 Mekka
2 Al-Baqara Il-Baqra, L-għoġol tad-deheb 286 40 Medina
3 Al-i-Imran In-Nisel tal-Imran 200 20 Medina
4 An-Nisa In-Nisa 176 24 Medina
5 Al-Ma'ida Il-Mejda 120 16 Medina
6 Al-Angħam Il-Bgħejjem 165 20 Mekka
7 Al-Agħraf L-Artijiet Għoljin 206 24 Mekka
8 Al-Anfal L-Ispolji tal-Gwerra 75 10 Medina
9 At-Tawba It-Tewba 129 16 Medina
10 Junus Ġona 109 11 Mekka
11 Ħud Ħud 123 10 Mekka
12 Jusuf Ġużeppi 111 12 Mekka
13 Ar-Ragħd Ir-Ragħad 43 6 Medina
14 Ibrahim Abram 52 7 Mekka
15 Al-Ħiġr Il-Ħagar 99 6 Mekka
16 An-Naħl In-Naħal 128 16 Mekka
17 Al-Isra (Bani Israel) L-Iżraelin 111 12 Mekka
18 Al-Kahf L-Għar 110 12 Mekka
19 Marjam Marija (omm Ġesù) 98 6 Mekka
20 Ta-Ha Ta-Ha 135 8 Mekka
21 Al-Anbija Il-Profeti 112 7 Mekka
22 Al-Ħaġġ Il-Pelligrinaġġ 78 10 Medina
23 Al-Mugħminu Dawk li-Jemmnu, Il-Fidili 118 6 Mekka
24 An-Nur Id-Dawl 64 9 Medina
25 Al-Furqan Il-Kriterju 77 6 Mekka
26 Ax-Xugħara Il-Poeti 227 11 Mekka
27 An-Naml In-Nemel 93 7 Mekka
28 Al-Qasas L-iStejjer 88 9 Mekka
29 Al-Ankabut L-Għanqbut 69 7 Mekka
30 Ar-Rum Ir-Rumani 60 6 Mekka
31 Luqman Luqman 34 4 Mekka
32 As-Sajda The Prostration, Worship, Adoration 30 3 Mekka
33 Al-Aħzab The Clans, The Confederates, The Combined Forces 73 9 Medina
34 Saba Sheba 54 6 Mekka
35 Fatir (Al-Mala'ikah) The Angels) 45 5 Mekka
36 Ya Sin Ya-seen 83 5 Mekka
37 As-Saaffat Those Who Set The Ranks, Drawn Up In Ranks 182 5 Mekka
38 Sad Sad of Ali Baltali 88 5 Mekka
39 Az-Zumar The Crowds, The Troops, Throngs 75 8 Mekka
40 Ghafir (Al Mu'min) God), The Believer (Names of God in Islam) 85 9 Mekka
41 Fussilat Expounded, Explained In Detail 54 6 Mekka
42 Ash-Shura Consultation 53 5 Mekka
43 Az-Zukhruf The Gold Adornments, The Ornaments of Gold, Luxury 89 7 Mekka
44 Ad-Dukhan The Smoke 59 3 Mekka
45 Al-Jathiya The Kneeling Down, Crouching 37 4 Mekka
46 Al-Ahqaf Winding Sand-tracts, The Wind-curved Sandhills, The Dunes 35 4 Mekka
47 Muhammad Muhammad 38 4 Medina
48 Al-Fath Conquest 29 4 Medina
49 Al-Hujurat The Private Apartments, The Inner Apartments 18 2 Medina
50 Qaf Qaf 45 3 Mekka
51 Adh-Dhariyat The Wind That Scatter, The Winnowing Winds 60 3 Mekka
52 At-Tur Mount 49 2 Mekka
53 An-Najm The Star 62 3 Mekka
54 Al-Qamar The Moon 55 3 Mekka
55 Ar-Rahman The Most Gracious, The Beneficent, The Mercy Giving 78 3 Medina
56 Al-Waqi'a The Inevitable, The Event 96 3 Mekka
57 Al-Hadid The Iron 29 4 Medina
58 Al-Mujadila The Pleading, She That Disputeth, The Pleading Woman 22 3 Medina
59 Al-Hashr The Mustering, The Gathering, Exile, Banishment 24 3 Medina
60 Al-Mumtahina The Examined One, She That Is To Be Examined, Examining Her 13 2 Medina
61 As-Saff The Ranks, Battle Array 14 2 Medina
62 Al-Jumuah Congregation, Friday 11 2 Medina
63 Al-Munafiqun The Hypocrites 11 2 Medina
64 At-Taghabun The Cheating, The Mutual Loss and Gain, The Mutual Disillusion, Haggling 18 2 Medina
65 At-Talaq Divorce 12 2 Medina
66 At-Tahrim The Prohibition 12 2 Medina
67 Al-Mulk The Dominion, Sovereignty, Control 30 2 Mekka
68 Al-Qalam The Pen 52 2 Mekka
69 Al-Haaqqa The Sure Reality 52 2 Mekka
70 Al-Maarij The Ways of Ascent, The Ascending Stairways 44 2 Mekka
71 Nuh Nuh or Noah 28 2 Mekka
72 Al-Jinn The Spirits, The Jinn, The Demons 28 2 Mekka
73 Al-Muzzammil The Enfolded One, The Enshrouded One, Bundled Up 20 2 Mekka
74 Al-Muddathir The One Wrapped Up, The Cloaked One, The Man Wearing A Cloak 56 2 Mekka
75 Al-Qiyama Day of Resurrection, Rising Of The Dead 40 2 Mekka
76 Al-Insan Man, Human 31 2 Medina
77 Al-Mursalat Those Sent Forth, The Emissaries, Winds Sent Forth 50 2 Mekka
78 An-Naba The Great News, Tidings, The Announcement 40 2 Mekka
79 An-Naziat Those Who Tear Out, Those Who Drag Forth, Soul-snatchers 46 2 Mekka
80 Abasa He Frowned 42 1 Mekka
81 At-Takwir The Folding Up, The Overthrowing 29 1 Mekka
82 Al-Infitar The Cleaving Asunder, Bursting Apart 19 1 Mekka
83 Al-Mutaffifin The Dealers in Fraud, Defrauding, The Cheats, Cheating 36 1 Mekka
84 Al-Inshiqaq The Rending Asunder, The Sundering, Splitting Open 25 1 Mekka
85 Al-Burooj The Mansions Of The Stars, Constellations 22 1 Mekka
86 At-Tariq The Night-Visitant, The Morning Star, The Nightcomer 17 1 Mekka
87 Al-'Ala The Most High, Glory To Your Lord In The Highest 19 1 Mekka
88 Al-Ghashiya The Overwhelming Event, The Pall 26 1 Mekka
89 Al-Fajr The Break of Day, The Dawn 30 1 Mekka
90 Al-Balad City, This Countryside 20 1 Mekka
91 Ash-Shams The Sun 15 1 Mekka
92 Al-Lail The Night 21 1 Mekka
93 Ad-Dhuha The Glorious Morning Light, The Forenoon, Morning Hours, Morning Bright 11 1 Mekka
94 Al-Inshirah The Expansion of Breast, Solace, Consolation, Relief 8 1 Mekka
95 At-Tin The Fig, The Fig Tree 8 1 Mekka
96 Al-Alaq The Clinging Clot, The Clot, Recite 19 1 Mekka
97 Al-Qadr The Night of Power or Honor, The Night of Decree, Power, Fate 5 1 Mekka
98 Al-Bayyina The Clear Proof, Evidence 8 1 Medina
99 Az-Zalzala The Earthquake 8 1 Medina
100 Al-Adiyat The Courser, The Chargers 11 1 Mekka
101 Al-Qaria The Striking Hour, The Great Calamity, The Stunning Blow, The Disaster 11 1 Mekka
102 At-Takathur The Piling Up, Rivalry in World Increase, Competition 8 1 Mekka
103 Al-Asr The Time, The Declining Day, Eventide, The Epoch 3 1 Mekka
104 Al-Humaza The Scandalmonger, The Traducer, The Gossipmonger 9 1 Mekka
105 Al-Fil The Elephant 5 1 Mekka
106 Quraysh Quraysh 4 1 Mekka
107 Al-Ma'un The Neighbourly Assistance, Small Kindnesses, Almsgiving, Have You Seen 7 1 Mekka
108 Al-Kawthar Abundance, Plenty 3 1 Mekka
109 Al-Kafirun Those Who Reject Faith, The Disbelievers, The Kafirs 6 1 Mekka
110 An-Nasr The Help, Succour, Divine Support, Victory 3 1 Medina
111 Al-Masadd The Plaited Rope, The Palm Fibre 5 1 Mekka
112 Al-Ikhlas Purity of Faith, The Fidelity 4 1 Mekka
113 Al-Falaq The Daybreak, Dawn 5 1 Mekka
114 Al-Nas Mankind 6 1 Mekka

Referenzi

  1. ^ a b ċ d e [1] Encyclopaedia Brittanica, Qurʾān Kontributur prinċipali: Seyyed Hossein Nasr
  2. ^ Għarbi: بسم الله الرحمن الرحيم trażlitterata bħala: bismi-llāhi r-raḥmāni r-Rahimi.
  3. ^ Allen, Roger An Introduction to Arabic literature, Cambridge University Press, 2000 ISBN 0-521-77657-0. p. 53
  4. ^ Approaches to the Asian Classics, Bloom Irene u De Bary William Theodore De Bary, Columbia University Press, 1990, p. 65
  5. ^ Sura 96:1 - 5

Ħoloq esterni

Mudell:Link FA